2006 2007
“Bħal ġebel ħaj inbnew f’Djar Spiritwali ” Assemblea Ġenerali 2007 8 ta’ Ottubru 2007
L-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM) tistieden lill-istampa biex issegwi u tirrapporta dwar l-Assemblea Ġenerali 2007. L-Assemblea tiftaħ is-sena soċjali 2007-8 ta’ l-AKM, u matulha l-membri żgħażagħ u adulti ser jagħmlu preżentazzjoni dwar it-tema magħżula.
Dettalji
Ġurnata: Nhar il-Ħadd 14 ta’ Ottubru 2007
Post: Sala Tereża Spinelli, Skola Santa Monica, Triq Brighella, Fleur-de-Lys, Birkirkara
Ħin: 9.00am – 11.45am
Programm:
· Introduzzjoni mill President Ġenerali tal-AKM
· Preżentazzjoni dwar it-tema b’animazzjoni mil-membri tal AKM
· Quddiesa ta’ Ringrazzjament u Radd il-Ħajr imexxija mill-E.T. Mons Arċisqof Pawlu Cremona
· Għeluq mill-President Ġenerali ta’ l-AKM
Informazzjoni oħra:
E.T. Mons. Pawlu Cremona, Arcisqof ta’ Malta ser jipparteċipa fl-Assembla Ġenerali.
Il-ġurnalisti ser jingħataw pakkett bl-informazzjoni relatata ma’ l-okkażjoni.
Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel lil Martin Chetcuti PRO – AKM fuq mobile 79856471
Grazzi Mons Arċisqof Ġużeppi Mercieca u Merħba Mons Arċisqof Pawlu Cremona 18 January 2007
L-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM) tixtieq turi l-apprezzament tagħha għax-xogħol fejjiedi li wettaq Mons Arċisqof Ġużeppi Mercieca matul l-episkopat tiegħu. L-eżempju li Mons Ġużeppi Mercieca tagħna bħala raj spiritwali ma għandu jintesa qatt. Permezz tad-dedikazzjoni u l-imħabba, wera’ b’mod ċar l-imħabba ta’ Alla lejn il-proxxmu.
Fl-istess ħin l-Azzjoni Kattolika qegħda tawgura lil Eċċelenza tiegħu Monsinjur Arċisqof Pawl Cremona għal ħatra tiegħu bħala Arċisqof ġdid ta’ Malta. L-Azzjoni Kattolika Maltija kif għamlet dejjem ser tibqa tkun strumentali biex il-missjoni tar-ragħaj spiritwali tkun tista sseħħ. B’hekk determinati biex flimkien inħejju t-triq għall-Mulej.
Martin Chetcuti PRO AKM
Stedina għall-Istampa 17 Jannar 2007
Leħen is-Sewwa u l-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM) jistiednu lill-istampa biex tipparteċipa u tirrapporta dwar iċ-ċelebrazzjoni tal-Festa ta’ San Frangisk de Salle – Patrun tal-Ġurnalisti.
Ġurnata: Nhar il-Erbgħa 24 Jannar 2007
Post: Sala Gonzi, Istitut Kattoliku, Floriana
Ħin: 6.00pm (bidu tal-Quddiesa)
Informazzjoni oħra:
· Din iċ-ċelebrazzjoni ser tkun preseduta minn Mons Arċisqof Ġużeppi Mercieca fejn ser jagħmel l-aħħar diskors uffiċjali matul l-episkopat tiegħu.
· Wara l-Quddiesa ser isir riċeviment ta l-okkazjoni.
Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 21225847